Jiċħad rapport ta’ Il Sismografo li se jinħatar Nunzju

Persuni qrib Mons. Antoine Camilleri ċaħdu l-aħbar li dehret fuq is-sit Il Sismografu, li Mons. Antoine Camilleri se jinħatar Nunzju Appostoliku ta' Singapore mill-Papa Franġisku. 
Is-sit Il Sismografo kienu qed jikkwota lill-aġenzija Arġentina Telàm. 
Newsbook.com.mt qed jippruvaw jagħmel kuntatt ma' Mons. Alfred Xuereb dwar l-aħbar li se jsir Nunzju Appostoliku tal-Korea t'Isfel, hekk kif irrappurtat fil-midja internazzjonali. 
Ir-rapporti jgħidu li l-ħatriet mistennija jsiru l-ġimgħa d-dieħla.
Mons. Alfred Xuereb, illum jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tas-Segretarjat tal-Ekonomija tal-Vatikan. Għal ħames snin u nofs, bejn l-2007 sa tmiem il-Pontifikat tal-Papa Benedittu XVI, kien it-tieni segretarju tiegħu.
Mons. Antoine Camilleri bħalissa għandu rwol ta’ Sotto-Segretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet bejn l-Istati.
Magħhom, il-Portugiż, Mons. Josè Avelino Bettencourt, li huwa l-Kap tal-Protokoll tas-Santa Sede se jsir Nunzju Appostoliku ta’ Georgia.