Ħatriet ġodda fil-BNF Bank

Adrian Coppini u Maruska Buttiġieġ Gili laħqu Chief Operating Officer u Chief Risk Officer rispettivament tal-Bank Banif.
Fi stqarrija, il-Banif li issa sar BNF Bank plc, qal li Coppini li huwa gradwat mill-Università ta’ Malta fil-Business Management mexxa d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani u Servizzi Korporattivi. Huwa serva wkoll fil-Kumitat Eżekuttiv u l-Bord tal-Bank.  Fil-passat huwa kien Kap Eżekuttiv għar-Riżorsi Umani u Servizzi Korporattivi ta’ Air Malta plc fost karigi oħra li kellu ma’ diversi kumpaniji.
Buttiġieġ Gili li hija wkoll gradwat mill-Università ta’ Malta b’Masters fl-Ekonomija, ħadmet il-Bank Ċentrali għal iktar minn 12-il sena, fejn okkupat diversi karigi. Hi kienet tirrappreżenta l-Bank Ċentrali ta’ Malta f’diversi gruppi ta’ ħidma tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Kemm Buttiġieġ Gili kif ukoll Coppini se jsiru parti mit-tim maniġerjali u eżekuttiv tal-Bank flimkien ma’ Michael Collis, il-Kap Eżekuttiv u d-Direttur Maniġerjali tal-Bank BNF.


Maruska Buttiġieġ Gili bħala Chief Risk Officer 

Adrian Coppini bħala Chief Operating Officer
Ritratt: BNF Bank plc