Ħatra oħra mill-Papa Franġisku għal Joseph FX Zahra

Il-Papa Franġisku ħatar lill-ekonomista u l-blogger ta’ Newsbook.com.mt Joseph FX Zahra bħala viċi koordinatur tal-Kunsill tal-Vatikan għall-Ekonomija.
Minbarra l-ekonomista Malti, f’dan il-Kunsill hemm 8 Kardinali u 6 lajċi esperti oħra.
Din hija t-tieni ħatra għal Zahra wara li f’Lulju li għadda l-Papa għażlu bħala l-President tal-Kummissjoni Pontifiċja li kellha tirriforma d-Dipartimenti ekonomiċi u amministrattivi tal-Vatikan.
Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Papa Franġisku ħatar lill-Għawdxi Monsinjur Alfred Xuereb bħala l-Prelat Segretarju Ġenerali tas-Segreterija għall-Ekonomija tas-Santa Sede.