Ħatra ġdida għal Leo Brincat fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Leo Brincat, inħatar membru tal-Foresight Task Force.
L-għan ta’ dan il-grupp strateġiku ġdid, huwa li jiddentifika l-isfidi u l-opportunitajiet ewlenin għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Ix-xogħol tat-Task Force huwa maħsub ukoll li fost oħrajn iwitti t-triq għat-tfassil tal-istrateġija ġdida tal-Qorti kif ukoll għall-programmi annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. 
Dan il-grupp se jkun magħmul minn ħames membri.