Ħatja ta’ thedida ta’ bomba f’Ċentru tas-Saħħa

Tliet fattigi fiċ-Ċentru tas-Saħħa nstabu ħatja li b’ċajta heddew li kien hemm bomba fiċ-ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.
Fis-seduta li għaddiet, fil-Qorti preseduta mll-Maġistrat Joe Mifsud instema’ li l-idea wara t-theddida ta’ bomba kienet ta’ Sandra Ellul li kienet qed tilgħab logħba fuq il-mobajl tagħha li fiha kien hemm il-ħoss ta’ bobma tisplodi.
Il-Maġistrat Joe Mifsud, qal li għalkemm b’ċajta it-tliet fattigi nstabu ħatja ta’ reat ta’ natura serja  għaliex ikkawżaw tbatija żejda lill-pazjenti u lill-istaff ta’ ċentru tas-saħħa.
Sandra Ellul u Tiziana Vella kienu liberati bil-kundizzjoni li ma jwettqux reat ieħor fi żmien sena filwaqt li Christine Spiteri kienet ordnata li tagħmel 100 siegħa xogħol fil-komunità.