Ħatja li pruvat tkun intima miegħu waqt li kien isuq

Tfajla li kienet involuta f’inċident f’Settembru tal-2012 u kawża ta’ hekk sofriet diżabiltà ta’ 10% nstabet ħatja li kienet parzjalment responssabbli f’dan l-inċident. Fil-Qorti t-tfajla nstabet ħatja li waqt li ż-żagħżugħ kien qed isuq hija pruvat tkun intima miegħu. Fil-Qorti ħareġ ukol li ż-żagħżugħ kien taħt l-effett tal-alkoħol.

Fil-Qort ħareġ li ż-żagħżugħ kien qed isuq il-karozza t’ommu li kienet ilha għandha xahrejn. Jidher li allegatament il-ġuvni ma kienx inxurjat fuq il-karozza, bl-omm tgħid li hija ma kinitx taf b’dawn ir-restrizzjonijiet min-naħa tal-insurance. L-omm qalet li hija kienet taf li binha kien qed isuq il-karozza tagħha u din kienet l-ewwel darba li huwa għamel dan, minħabba li qabel huwa kien isuq il-karozza tiegħu.

Fil-Qorti ħareġ kif iż-żagħżugħ kien fi triqtu lejn id-dar wara li allegatament hu u t-tfajla kienu qed jixorbu f’ħanut fil-Għargħur. Huwa baqa’ dieġel ġo siġra li kienet f’central strip u kawża ta’ hekk il-mara sofriet diversi ġrieħi f’rasha tant li spiċċat f’koma (induced coma). Kawża ta’ hekk hija sofriet diżabiltà ta’ 10% u din affettwatilha l-ħajja soċjali tagħha kif ukoll dik tax-xogħol.

It-tfajla fetħet kawża kontra l-ġuvni li kien qed isuq, ommu u l-kumpanija tal-assigurazzjoni. Il-kumpanija tal-assigurazzjoni spjegat li l-karozza kienet inxurjata fuq l-omm u fuq kull persuna ‘l fuq minn 25 sena. Dak iż-żmien iż-żagħżugħ kellu 24 sena u għalhekk ma jiġix kopert bil-polza tal-assigurazzjoni.

Fil-Qorti ż-żagħżugħ qal li t-tfaja ftit kien jafha u hija kienet responsabbli għal dan l-inċident minħabba li hija pruvat tkun intima miegħu waqt li kien qed isuq. Mistoqsi mill-Qorti dwar il-konsum tal-alkoħol huwa ddiskriva li kienu xorbu ftit, minkejja li fil-Qorti huwa kkonferma li kien stieden lit-tfajla għal flixkun inbid. Wara li seħħ l-inċident iż-żagħżugħ irrifjuta li jmur mal-pulizija u jagħmel it-test tan-nifs u dan jikkonferma li huwa kien taħt l-effett tal-alkoħol.

It-tfajla qalet li hija ma setgħet tiftakar xejn mill-inċident u lanqas il-messaġġi li kienet bagħtet lill-akkużat. Madankollu qalet li la l-messaġġi nbagħtu mill-mowbajl li kienet tuża hi, wisq probabbli kienet hi li bagħtithom.

Fil-Qorti ħareġ li f’dan l-inċident ma kienx hemm sewqan eċċessiv u dan jixhed li kienu ċirkostanzi oħra li waslu biex iż-żagħżugħ jitlef il-kontroll. Ħareġ ukoll li t-tfajla ma kinitx liebsa ċinturin tas-sigurtà. Jidher li l-pożizzjoni li kienet fiha fil-karozza kkontribbwixxiet għal dan l-inċident. Skont testijiet li saru fil-karozza, partijiet tax-xagħar tat-tfajla nstabu viċin il-vent tal-arja kundizzjonata. Dan wassal biex il-Qorti temmen il-verżjoni taż-żagħżugħ.

It-tfajla għalhekk instabet ħatja li kellha tort ta’ 33% f’dan l-inċident filwaqt li ż-żagħżugħ instab li kellu 66% tort għal dn l-inċident. Huwa kiene ordnat li jħallas €10,725.12 f’danni.