Ħatja li aggredew pulizija f’Paceville; sentenza sospiża

Read in English.

Żewġ nisa ingħataw sentenza sospiża wara li wieġbu ħatja li aggredew pulizija mara f’Paceville.

Iż-żewġ tfajliet Ukreni li għandhom 24 u 25 sena u jgħixu Ta’ Xbiex, tressqu l-Qorti taħt arrest quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella. Huma ġew akkużati li rreżistew uffiċjal tal-Pulizija b’mod vjolenti, li insulentawha u heddewha, li ma obdewx ordnijiet tal-pulizija u li kisru l-paċi pubblika.

Fil-Qorti ħareġ li n-nisa ġew arrestati wara li kkawżaw xi argumenti waqt li kienu fis-sakra f’bar f’Paceville. Il-każ seħħ fis-7 ta’ Novembru. Qed jingħad li huma taw daqqa ta’ sieq lill-pulizija fl-istonku. Madanakollu huma kienu nħelsu mill-arrest sakemm jinstabu filmati tas-CCTV.

Intant, iż-żewġ nisa wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u li kien jiddispjaċihom għal dak li għamlu. Il-Qorti b’hekk iddeċidiet li tagħtihom sentenza ħabs sospiżi għal tliet snin.