Ħati ta’ ttraffikar tad-droga

Raġel ta' 42 sena minn Ħaż-Żabbar intbagħat sena u nofs ħabs wara li l-Maġistrat sabitu ħati ta’ traffikar ta’ droga.
Il-każ imur lura lejn l-2008 meta l-Pulizija daħlu fid-dar tar-raġel u sabu 14-il borża vojta li kienu ntużaw għall-eroina flimkien ma' oġġetti relatati mat-teħid tad-droga.
Fil-Qorti xehdu wkoll għadd ta’ persuni li kkonfermaw li xtraw diversi drabi droga mingħand ir-raġel.
Minbarra ħabs, il-Maġistrat ordnatlu multa ta’ €1,000 u li jibda programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.