Ħati li żamm l-eroina fil-ħelu

Raġel ta’ 42 sena minn Bormla ngħata s-sentenza ta’ sena priġunerija wara li nstab ħati li kien qed iżomm l-eroina fil-ħelu.
Waqt roadblock li sar f’April tal-2006, il-Pulizija qabdu lill-akkużat iwaddab oġġetti mit-tieqa tal-karozza fosthom kien hemm bajda tal-Kinder li fiha kien hemm id-droga mqassma f’14-il borża.
Fil-Qorti l-akkużat qal li kien qassam l-eroina biex ikun jaf kemm jikkonsma kuljum.
Huwa ġie mmultat ukoll €700 talli kien qed iżomm l-eroina u €50 talli kellu l-kannabis.
Ġie ordnat iħallas ukoll l-ispejjeż tal-Qorti, li kienu jammontaw għal €523.