Ħati li ta daqqa ta’ ponn lil Pulizija għax ma riedx imur Monte Karmeli

Raġel ta’ 36 sena ingħata s-sentenza ta’ sena priġunerija u mmultat €1,000 wara li ta daqqa ta’ ponn lil membru tal-Pulizija.
L-akkużat ma riedx imur l-isptar Monte Karmeli wara li kien ġie eżaminat fid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei u l-Pulizija pprova jikkalmah.
Il-każ seħħ fit-13 ta’ Ottubru li għadda.
Fil-Qorti ntqal li r-raġel diġà ngħata sentenzi oħra mill-Qorti u kif il-pieni relatati ma’ vjolenza fuq membri tal-Korp tal-Pulizija ħraxu wara l-emendi fil-liġi tal-2014.