Ħati li ta daqqa b’siequ fuq mera ta’ karozza

Irlandiż ta’ 24 sena ingħata sentenza sospiża wara li ammetta fil-qorti li għamel ħsara fuq karozza hekk kif kien miexi lejn id-dar u kien taħt l-effett tal-alkoħol.
Hu ammetta li ta daqqa b’siequ fuq il-mera ta’ karozza hekk kif kien miexi fi Triq is-Swieqi fis-Swieqi kmieni lbieraħ għall-ħabta tal-3:45a.m.
L-Irlandiż ħallas €200 lis-sid tal-karozza għall-ħsarat li wettaq filwaqt li ngħata sentenza ta’ erba’ xhur ħabs sospiżi għal sena.
Ilbieraħ, żewġ Irlandiżi kienu arrestati wara li allegatament wettqu diversi ħsarat fuq vetturi fis-Swieqi.