Jeħel 15-il xahar ħabs, iżda se jagħmel xahrejn

Gerald Galea ta’ 67 sena minn Marsalforn ingħata sentenza ta' 15-il xahar ħabs wara li nstab ħati li qatel lil John Spiteri ta’ 54 sena erba’ snin ilu.
Madanakollu huwa se jiskonta xahrejn priġunerija biss, minħabba ż-żmien li kien taħt arrest preventiv.
Il-każ seħħ wara tilwima dwar siġra bejn iż-żewġt irġiel u iben il-vittma, Matthew Spiteri ta’ 20 sena.
Minkejja li l-ġurati sabuh ħati, b'sitt voti kontra u tlieta kontra, ammettew li l-akkużat ġie provokat mill-vittma u ibnu. Minħabba f’hekk, is-sentenza massima li seta’ jeħel kienet ta’ sentejn ħabs
Galea ma nstabx ħati bl-attentat ta’ qtil ta’ iben il-vittma, u lanqas instab ħati li għamel ħsara fil-vetturi li kienu involuti fl-inċident.
L-inċident seħħ fid-19 ta’ Ġunju tal-2013, fil-parkeġġ tal-Qbajjar, limiti ta’ Marsalforn, meta allegatament, l-akkużat saq lejn Spiteri u ibnu wara argument dwar siġra u għadda minn fuq il-missier.