“Ħassejtni ċkejken ħdejn il-kobor ta’ din il-mara Kalkariża” – Wayne Aquilina

Claire Micallef Pulè ppreżentata bl-unur mis-Sindku Wayne Aquilina, fil-preżenza tas-Sinjura Miriam Vella

Ilbieraħ filgħaxija is-Sindku Wayne Aquilina ppreżenta l-unur ta’ Ġieħ il-Kalkara lil Claire Micallef Pulè li għal dawn l-aħħar 11-il sena ilha tamministra lill-Malta Community Chest Fund.

Wayne Aquilina ppreżenta dan l-unur fil-preżenza tas-Sinjura Miriam Vella, mart il-President ta’ Malta. Huwa ddeskriva lil Micallef Pulè bħala mara b’passjoni li tmexxi dan il-qasam delikat u ta’ fejda, b’sens ta’ mħabba u attenzjoni personali lejn il-batut u l-marid.

“Illejla ħassejtni kburi li l-Kalkara rrikonoxxiet waħda minn uliedha. Mara umli li tagħmlilna ġieħ. Illejla ħassejtni ċkejken ħdejn il-kobor ta’ din il-mara Kalkariża,” ikkummenta Wayne Aquilina.