​Ħassejt terremot fl-aħħar sigħat?

boy on floor

Bejn ilbieraħ u llum inħassu diversi terremoti u theżżiż fil-Mediterran.
Skont is-sit Firstmalta.com, l-eqreb lejn Malta kien terremot li seħħ ilbieraħ fis-2.30pm. It-terremot seħħ lejn il-Punent ta’ Malta, b’qawwa ta’ 4.2 fuq l-Iskala Richter.
Madanakollu, l-istess sit jgħid li jidher li f’Malta ma nħassx.
Terremoti oħra li seħħew fl-aħħar 24 siegħa: L-Alġerija, tnejn fit-Tuneżija, il-Baħar Jonju, Sqallija, tnejn fiċ-ċentru tal-Italja u l-Greċja.  
Newsbook.com.mt kien tkellem mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kienu taw pariri dwar x'għandu jagħmel wieħed f'każ ta' terremot.