“Ħassejt il-ħtieġa li noħloq format ġdid” – Gerry Scotti

Ritratt: Mediaset

Wara ftit aktar minn 800 puntata tal-programm Caduta Libera, Gerry Scotti mil-lejla se jkun qed jippreżenta program ġdid ta’ kwiżż fuq l-istazzjon Canale 5.

B’differenza minn Caduta Libera, Conto alla Rovescia huwa kwiżż kollu kemm hu Taljan.

“Ħassejt il-ħtieġa li noħloq format ġdid, produzzjoni kollha kemm hi Taljana u li se titwassal f’atmosfera differenti,” ikkummenta Gerry Scotti.

Kull programm se jikkonsisti f’erba’ logħbiet.

Ritratt: Mediaset

F’Passo e Chiudo il-konkorrent jista’ jirrispondi jew jaqbeż il-mistoqsija.

Imbagħad hemm il-logħba li se jkun jisimha Le Eccezione li tikkonsisti f’mistoqsija waħda iżda li hemm 12-il risposta għaliha, 9 li jkunu very u 3 li huma foloz.

Għalkemm tista’ tinstema’ faċli din il-parti tal-logħba ttid toqgħodilha b’seba’ għajnejn.

It-tielet logħba f’dan il-kwiżż ġdid hija Sembra Ieri, li se tkun sfida diretta bejn iż-żewġ finalisti.

Tuli l-programm naraw ukoll il-logħba Conto alla Rovescia fejn il-parteċipanti jilgħabu skont it-tema magħżula u jkunu f’tellieqa kontra l-ħin u jkun hemm ukoll l-eliminazzjoni.

Ritratt: Mediaset

Dan il-programm se jkun qed jixxandar fuq Canale 5 kuljum inkluż fi tmiem il-ġimgħa, mil-lum it-Tnejn 18 ta’ Novembru mis-6.45pm ‘il quddiem.