Ħass mimli bit-tonn taż-żejt, ross, bajd u ġobon Feta

hass

Ingredjenti

200g ross imsajjar

8 weraq kbar tal-ħass

1 landa kbira tonn taż-żejt, imsoffija

2 bajdiet ibsin, imqatta’ biċċiet żgħar

nofs kuċċarina fish sauce

50g ġobon Feta, mfarrak

bżar u melħ

4 mgħaref mayonnaise

Metodu

Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien.

Aqbad mgħarfa u bil-qalbu poġġi fin-nofs ta’ kull ħassa. Jekk tippreferi tista’ tirrumblahom.

Fuq kull ħassa agħmel ftit mayonnaise u żejjen bil-weraq tat-tursin.