Hart u Wilshere mhumiex fil-pjanijiet ta’ Southgate

Il-kowċ nazzjonali Ingliż Gareth Southgate għażel li jħalli barra lill-goalkeeper Joe Hart u lill-midfielder Jack Wilshere mill-iskwadra li se tikkompeti fl-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja.
Hart kellu staġun ferm diżappuntanti ma’ West Ham United u għalkemm irrapreżenta lill-Ingilterra f’75 okkażjoni, ma rnexxilux jegħleb il-konkorrenza ta’ Jordan Pickford, Jack Butland u Nick Pope.
Wilshere, li matul dawn l-aħħar snin sofra bosta injuries li żammewh milli jikseb il-konsistenza mitluba minn Southgate, baqa’ jittama sal-aħħar illi jkun parti mill-grupp ta’ 23 plejer.
Southgate stqarr li l-fatt li Wilshere ma kienx determinanti għall-Arsenal lejn tmiem l-istaġun caħħad lil plejer milli jsib ruħu fi triqtu lejn ir-Russja.