Harry u Meghan iżuru bajja li tintuża għat-terapija taż-żgħażagħ

FILE PHOTO: The Duke and Duchess of Sussex, Prince Harry and his wife Meghan, arrive at the District Six Museum, on the first day of their African tour in Cape Town, South Africa, September 23, 2019. REUTERS/Mike Hutchings

Il-Prinċep Harry u martu d-Dukessa ta’ Sussex Meghan se jkunu qed iżuru bajja fl-Afrika li tintuża għat-terapija taż-żgħażagħ li jinsabu f’riskju. Dan bħala parti mit-tour tagħhom fil-kontinet Afrikan. Dalgħodu huma se jkunu qed iżuru l-bajja magħrufa bħala Monwabisi, li tinsab viċin Cape Town.

Dan huwa l-ewwel tour għall-koppja wara li kellhom l-ewwel wild tagħhom. It-tour beda lbieraħ f’raħal magħruf bħala “l-kapitali tal-assassinji”. Qabel dan l-avveniment, id-Dukessa kellha biss ingaġġ irjali wieħed biss wara l-wild ta’ binha Archie f’Mejju.

L-għaqda Waves of Change (W4C), li bdiha s-surfer Tim Conibear bħala surfing club lura fl-2009, tuża s-surfing bħala mod kif tibni l-fiduċja u l-kunfideza ta’ żgħażagħ li jgħixu f’komunitajiet foqra u vjolenti.