“Harry se jkollu oħtu f’Novembru” – Ira Losco

L-aħbar hija uffiċjali. Ira Losco se ssir omm għat-tieni darba. Il-kantanta li rrappreżentat lil Malta darbtejn fil-Eurovision Song Contest tat l-aħbar fuq il-midja soċjali hekk kif ħabbret li f’Novembru li ġej it-tifel Harry se jkollu oħtu.

Ira Losco, li hi miżżewġa lill-kok u personalità televiżiva Sean Gravina qalet li qalbhom se tinfaqa’ bl-imħabba diġà u kkonfermat ukoll se żżommi mal-impenji li kienet laħqet ħadet.

“Ovvjament li nżomm is-saħħa tat-tifla tiegħi, kif ukoll saħti u dik tal-familja l-ewwel. Madanakollu mhux se tkun differenti mill-ewwel darna. Aħna n-nisa naqdu ħafna rwoli fil-ħajja,” kompliet tikteb Ira Losco dalgħodu meta għamlet l-aħbar uffiċjali.

Awguri lil Ira u lil Sean għal din l-aħbar mill-isbaħ li qasmu mas-segwaċi tagħhom dalgħodu.