Ħarġet il-qawsalla… imma daqshekk maltemp?

Mosta - Nicole Borg

Filli xemx, filli xita, u filli ċlampu. Dalgħodu l-ajru laqagħna b’sema sewdieni u riħ qawwi, iżda issa donnu li bbnazza xi ftit. F’xi nħawi saħansitra ħarġet il-qawsalla.

Madankollu, skont ir-rapport tat-temp tal-Uffiċċju Meteoroloġiku, it-temp għandu jibqa’ msaħħab bil-ħalbiet tax-xita u anke maltempati bir-ragħad f’xi waqtiet. Waranofsinhar, ix-xita għandha tieqaf u għandu jibqa’ ftit imsaħħab.

Għada mbagħad mistennija tkun l-aktar ġurnata xemxija tal-ġimgħa, imma x-xemx m’għandhiex iddum wisq għax il-Ħamis mistennija x-xita mill-ġdid.

FTIT MINN KOLLOX GĦAD-DIEĦLAMill-karta tat-temp għall-ġimgħa d-dieħla ninnutaw li antiċiklun b'saħħtu u estensiv fuq…

Posted by It-Temp Madwarna on Sunday, April 7, 2019