Ħarġa speċjali ta’ Il-Furjana wara r-rebħ tas-26 Kampjonat minn Floriana FC

Ritratt: Jane Farrugia

Il-gazzetta Il-Furjana ħarġet ħarġa speċjali fl-okkażjoni tar-rebħ tal-Kampjonat Premier 2019-2020 minn Floriana FC, is-26 wieħed fl-istorja tal-Klabb.

Din il-ħarġa speċjali bi 28 paġna kollha bil-kulur tinkludi fost l-oħrajn ritratti tal-fotografa Furjaniża Jane Farrugia tal-partiti kollha li Floriana FC li lagħbu fil-Kampjonat 2019-2020. Ir-ritratti huma akkumpanjati minn statistika. Hemm ukoll ritratti tal-plejers kollha li lagħbu għall-Greens f’dan il-Kampjonat uniku.

Il-gazzetta Il-Furjana tinkludi wkoll tagħrif wiegħsa dwar l-istorja ta’ Floriana FC, b’ritratti marbuta mar-rebħ tal-25 Kampjonat mirbuħa qabel dan tal-aħħar. F’dan il-kuntest se jkun ukoll hemm ħarsa dettaljata lejn it-tazzi kollha mirbuħa mill-Klabb Furjaniż fl-istorja tiegħu.

Min hu interessat li jakkwista kopja jew aktar ta’ din il-ħarġa speċjali, jista’ jċempel fuq in-numri 79339649.