Ħarġa bil-kelb tinbidel f’operazzjoni ta’ salvataġġ f’Pembroke

Read in English.

“Inqabad minħabba t-traskuraġni tan-nies”. Hekk tenniet tfajla li tard is-Sibt filgħaxija ħarġet timxi bil-kelb tagħha fil-kampanja u ltaqghet ma’ qanfud f’diffikultà kawża tat-traskuraġni tan-nies .

Fuq Facebook iż-żagħżugħa kitbet dwar kif kienet miexja bil-kelb f’Pembroke f’żona fejn matul il-ġurnata n-nies jagħmlu l-pikniks fejn f’ħin minnhom semgħet xi tħaxwix u bid-dawl tal-mowbajl baqgħet ixxukkjata x’ħin rat qanfud b’rasu maqbuda ġo flixkun tal-plastik.

Fortunatament it-tfajla rnexxielha teħles il-qanfud mit-tortura li nqabad fiha, madanakollu saħqet li dawn l-affarijiet huma inaċċettabli għax huma riżultat tat-traskuraġni tan-nies li wara li jgawdu l-kampanja jħallu l-islart warajhom għad-detriment tal-flora u l-fawna tal-madwar.

It-tfajla żiedet tgħid li jekk affarijiet bħal dawn ma jiftħulniex għajnejna dwar l-effetti tat-traskuraġni fir-rimi tal-iskart, mela allura vera għandna għalxiex ninkwetaw.

Ritratti: Gabby Sargent