​Ħarbet mill-kura u ġiet rifjutata l-ħabs

Mara li ħarbet waqt li kienet qed tingħata l-kura biex toħroġ mill-vizzju tad-droga, reġgħet ġiet arrestata hekk kif spiċċat mill-ġdid fil-Qorti.
Malli qabduha, l-awtoritajiet tal-ħabs irrifjutaw li joħduha lura għall-kura. Il-mara, li għandha wild ta’ 12-il sena, kellha tittieħed il-ħabs skont digriet preċedenti li kienet ingħatat minn Imħallef tal-Qorti. L-istess digriet kien jgħid li anke ladarba l-mara tlesti b’suċċess il-programm tagħha ta’ kura rijabilitattiva, xorta waħda kellha tmur il-ħabs biex isirulha eżamijiet ulterjuri.
Meta ħarbet madwar ġimgħa ilu, il-mara marret lura fid-dar tal-ġenituri tagħha iżda mhux qabel ma ħadet iktar droga eroina.
Wara li raw l-istat ta’ binthom, il-ġenituri tagħha ħaduha l-Isptar Monte Karmeli. Meta nħarġet mill-isptar, l-awtoritajiet tal-ħabs irrifjutaw lil mara minħabba d-digriet tal-qorti.
Madankollu l-mara ma ngħatatx il-libertà proviżorja.