Ħanżira tippoża għar-ritratti f’nofs ta’ triq

It-tim ta’ Newsbook.com.mt lemaħ xena mhux tas-soltu fuq il-midja soċjali hekk kif ħanżira mbaċċa sew qed tidher tippoża f’nofs ta’ triq, waqt li l-fotografu qiegħed jiġbdilha r-ritratti. 
Il-fotografu Ted Attard, li ġibed dan ir-ritratt qal li waqt li kienu fi triqithom lejn Imġarr ix-Xini għall-ikla ta’ nofsinhar, din il-ħanżira sewda ddeċidiet li taqsam it-triq propju f’dak il-mument. Fil-pront, dawn waqfu, ħarġu jiġru mill-karozza u ħarġu l-kamera tar-ritratti biex jaqbdu din ix-xena verament mhux tas-soltu. 
Fuq Facebook dan qal, “Ikolli nammetti, dan huwa l-aktar ritratt mhux tas-soltu li qatt ħadt f’Għawdex kemm ilni ngħix hawn!”. 
“Żminijiet sbieħ!”, żied jgħid. 

Jekk tilmaħ xi ħaġa mhux tas-soltu, ibagħtilna ritratt fuq info@newsbook.com.mt u ma tafx kif, forsi tispiċċa fl-aħbarijiet! 

Ritratt: Ted Attard