Ħanut tal-annimali jieħu n-nar; l-annimali belgħu d-duħħan

Ħanut li jbigħ l-annimali eżotiċi f’San Ġwann ħa n-nar il-Ħadd għall-ħabta tas-2.30pm.

Il-pulizija qalet li n-nar ġie kkontrollat mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili f’Misraħ il-Lewż. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Madankollu l-annimali li kienu fil-ħanut belgħu ħafna duħħan.

Għadu mhux magħruf x’kien il-kawża ta’ dan l-inċident