Ħanut Messikan jagħti kenn lil kelb bla dar mejjet bis-sħana

Meta Adolfo Pazzi Ahumada mar jixtri minn ħanut f’belt fit-tramuntana tal-Messiku f’ġurnata fejn it-temperatura laħqet il-40˚Ċ ra xena li missitlu qalbu.

Il-kaxxier tal-ħanut kien qed jitma’ u jagħti jixrob lill-kelb li kien jiġġerra barra fis-sħana. Meta l-kelb lesta mill-ikel u x-xorb il-kaxxier ħallih jibqa’ ġewwa biex jeħilsu mix-xemx tiżreġ. Jidher li l-kelb tħalla jiġġerra fit-toroq minn sidu wara li dan ħalla l-belt. L-annimal mar fil-ħanut fejn il-kaxxier qal li minn butu xtara l-ikel, l-ilma u ġugarell għall-kelb. Iħallih jiġri fil-ħanut għax hu kelb kwiet u ma jdejjaqx lin-nies.

Il-kaxxier qal lil Ahumada li jittama li għad ikun hemm xi ħadd jixtri mill-ħanut u jaddotta lill-kelb li ħaqqu aħjar milli jitħalla jiġri fit-triq fix-xemx.

Ahumada minn naħa tiegħu qal li jinsab ferħan li l-kelb hemm min jieħu ħsiebu sakemm isib dar mill-ġdid.