Ħanut magħluq spiċċa fil-mira ta’ ħalliel

Ftit tal-ħin ilu ħanut li kien magħluq spiċċa fil-mira ta’ ħalliel.
Il-ħalliel li sgassa l-bieb tal-ħanut, fi Triq Psaila f’Birkirkara, seraq xi ammont ta’ flus kontanti.
Huwa ħarab ftit qabel ma wasslu l-Pulizija.
Ħadd ma weġġa’ fis-serqa.