Ħanut tal-laħam ħa n-nar kmieni dalgħodu f’Santa Venera.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Misraħ il-Barrani għall-ħabta tal-5am. Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, iżda jidher li hemm ċans li n-nirien bdew minħabba xi ħsarat fl-elettriku.
Ħadd ma ndarab kawża ta’ dan l-inċident.