Hannah Pace tikseb it-tieni post fl-Ironman 70.3 f’Dubaj

It-triatleta Hannah Pace ġiet it-tieni fit-tellieqa Ironman 70.3 ġewwa Dubaj. Hija kienet qed tikkompeti fil-kategorija ta’ bejn il-25 u d-29 sena. Din il-kategorija hia meqjusa bħala waħda mill-iktar iebsin mill-kategoriji kollha u rat lil Pace tikkompeti ma ħamsa u tletin atleta nisa oħra.

L-Ironman 70.3 tikkonsisti f’għawma ta’ 1.9 kilometru, rotta fuq 90 kilometru bir-rota u nofs maratona.

It-tellieqa bdiet bl-għawma fil-baħar f’Jumeirah Public Beach. Pace kienet it-tielet mara li ħarġet mill-ilma f’ħin ta’ 28 minuta u 59 sekonda. Id-90 kilometru fuq ir-rota kienu mifruxa fuq żewġ dawriet ta’ 45 kilometru fil-qalba tal-belt qabel ma ħarġu lejn id-desert. Ir-rotta ċatta kienet waħda magħġġla li tat ftit ċans ta’mistrieħ għal-atletli. Pace spiċċat din it-taqsima f’ħin ta’ sagħtejn, disa u għoxrin minuta u seba u tletin sekonda – pass ta’ madwar 36.16 kilometru fis-siegħa.

Matul it-tellieqa is-sħana, li laqħet madwar 30 grad, bdiet tolqot lil ħafna atleti. Ir-rotta ta’21km ġiri madwar Jumeirah Public Beach kienet sfida iebsa u Pace stqarret li ħawn daħlet il-ħila mentali wkoll.

Pace temmet it-tellieqa f’ħin totali ta’ 4 sigħat 49 minuta u 44 sekonda. B’da ir-riżultat hi ħadet it-tieni post fil-kategorija tagħha.

Il-parteċipazzjoni ta’ Pace fil-Ironman 70.3 saret possibbli permezz ta’ l-appoġġ ta’ Garmin Malta, Eurosport Malta, il-Kumitat Olimpiku Malti, Triathlon Malta u Team Barry.