Hannah Montana jagħlaq 13-il sena

Is-serje televiżiv taż-żgħażagħ Hannah Montana, li għen lil Miley Cyrus tikseb fama madwar id-dinja, għalaq 13-il sena minn mindu ħareġ l-ewwel episodju tiegħu.

Is-serje dam jintwera fuq Disney Channel għal 4 snin. Miley Cyrus kienet tinterpreta l-parti ta’ Miley Stewart, tfajla b’passjoni għall-kant li taħbi t-talent tagħha wara l-parrokka ta’ Hannah Montana. Billy Ray Cyrus, missier Miley fil-verità, kien jagħmel il-parti ta’ missierha fis-serje wkoll.

Huwa fakkar it-13-il sena anniversarju fuq Instagram, meta kiteb: “Dang Flabbit! Happy Anniversary #HannahMontana! 13 years ago today we released the pilot! @mileycyrus @emilyosment@realdukeofearles @mitchelmusso.”

Wara li spiċċa s-serje, Cyrus iffukat fuq il-karriera mużikali tagħha u fl-2013 għaddiet minn fażi meta kienet daqsxejn iżjed fuq ruħha. F’Diċembru li għadda, hija żżewġet lill-maħbub tagħha Liam Hemsworth.

Hija wkoll xerrdet xi ritratti fuq Instagram biex tikkommemora dan l-anniversarju.