​Hangar ġdid b’investiment ta’ €16 miljun

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal li għaddejjin negozjati sabiex Lufthansa Technik tiftaħ hangar ġdid f’Malta b’investiment ta’ madwar €16-il miljun.
Waqt żjara għand Lufthansa Technik, il-Ministru Cardona qal li n-negozjati qed isiru mal-Malta Enterprise u mal-Malta Industrial Parks, fejn saħaq dwar l-importanza li f’perijodu ta’ tkabbir ekonomiku, Malta tibqa’ dejjem tħares ‘il quddiem.
Żied jgħid li s-settur tal-avjazzjoni jifforma parti integrali mill-istrateġija tal-Gvern biex ikun hawn iktar tkabbir ekonomiku.
Saħaq li l-għan tal-Gvern huwa li jagħmel minn Malta ċentru sħiħ tal-avjazzjoni.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo