HandsOn Systems tħares lejn proġetti aktar ambizzjużi

Kumpanija lokali ewlenija fit-telematics, GPS tracking u l-immaniġġjar tal-flotot, HandsOn Systems, ħabbret il-ħatra ta’ Simon Bugeja bħala Chief Commercial Officer.
Dan se jippermetti lil HandsOn Systems biex tidħol għal proġetti iktar ambizzjużi u biex tvara firxa ta’ servizzi eċċitanti ġodda kemm f’Malta u fi swieq internazzjonali.
Bugeja kien il-Maniġer tal-Operazzjonijiet ta’ kumpanija ta’ provvisti mediċi u kordinatur ta’ proġetti ma’ kumpanija li tiffoka fuq prodotti rinnovabbli. Hu attiv ħafna fi trasmissjonijiet tar-radju u dedikat ħafna fil-ħidma mas-servizzi ta’ salvataġġ ta’ emerġenza, fosthom l-importazzjoni u bini ta’ dwal u tagħmir apposta għal vetturi ta’ emerġenza.
Bugeja studja l-inġinerija tat-telekomunikazzjoni u l-elettronika u mar l-iskola mas-CEO ta’ HandsOn Systems, Geoffrey Farrugia.