Hand sanitizer u perspex fost il-miżuri għal tal-monti

Aġġornat 11:03 AM

Iqum tħassib jekk jistgħux jiġu implimentati

An airport worker uses hand sanitizer at the international terminal at LAX airport in Los Angeles
REUTERS/Lucy Nicholson

L-użu tal-hand sanitizer u tal-perspex huma fost il-miżuri li jridu jsegwu tal-monti fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus.

Fuq Facebook il-Ministeru għall-Ekonomija elenka tmien miżuri li “għandhom jiġu segwiti mill-bejjiegħa u x-xerrejja tal-monti.”

Ministeru għall-Ekonomija

Dawn il-miżuri tħabbru fid-dawl tat-tibdil li qed isir biex aktar negozji u stabbilimenti jiftħu l-bibien tagħhom.

Intant l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħarġet għadd ta’ regolamenti li l-ħaddiema fir-ristoranti jridu jsegwu issa li dawn se jiftħu nhar il-Ġimgħa li ġej, qalb il-pandemija tal-coronavirus.

Din il-ġimgħa l-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci, ħabbar li minn nhar il-Ġimgħa li ġej se jiftħu mill-ġdid ir-ristoranti, tax-xagħar, tad-dwiefer u l-beauticians, jista’ jsir sport barra u taħriġ sa gruppi ta’ sitt persuni u jistgħu jintwerew films fil-miftuħ, fost l-oħrajn.

Tħassib minn kunsill dwar kif il-monti ta’ Raħal Ġdid jista’ jiftaħ

Kunsill Raħal Ġdid

Fi stqarrija l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid qal li għandu tħassib dwar kif il-monti ta’ Raħal Ġdid jista’ qatt jopera b’mod korrett u li jirrifletti dan il-protokoll ippublikat.

“Prinċiparjament, l-ispazju li fih jarma is-Suq f’Raħal Ġdid jagħmilha tassew diffiċli sabiex in-nies iżżomm id-distanza mitluba mill-protokoll ippublikat,” qal il-Kunsill.

Il-Kunsill huwa nkwetat ukoll għas-saħħa tar-residenti li jabitaw eżatt mal-spazju ddedikat għas-suq.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn