Hamsik qed ifittex klabb ġdid?

hamsik

Marek Hamsik ilu ma’ Napoli fis-Serie A sa mill-2007 iżda skont stqarrija li għamel l-istess plejer, jidher li dan seta’ kien l-aħħar staġun tiegħu fl-Italja.
Klabbs Ingliżi u Asjatiċi wrew interess fil-midfielder Slovakk bosta drabi iżda Hamsik dejjem baqa’ leali lejn klabb li f’dawn l-aħħar sentejn sar l-ikbar rivali ta’ Juventus fil-kampjonat domestiku.
Fi 11-il sena Hamsik lagħab ’il fuq minn 500 logħba ma’ Napoli u huwa l-awqa goalscorer fl-istorja tal-klabb. Meta mistoqsi mill-gazzetta Russa Pravda dwar il-futur tiegħu, hu sostna li wara dawn is-snin kollha bil-flokk tal-partenopei, jemmen li wasal iż-żmien għal esperjenza ġdida.