Ħamsa se jikkompetu għall-elezzjoni tal-kap tal-FIFA

Huma ħamsa l-kandidati kkonfermati li se jieħdu sehem fl-elezzjoni għall-ogħla kariga tal-FIFA, u li se ssir fis-26 ta’ Frar.
Il-favoriti huma x-Sheikh Salman bin Ebrahim al-Khalifa, li hu l-kap tal-Konfederazzjoni Ażjatika tal-Futbol, u Gianni Infantino, is-Segretarju Ġenerali tal-UEFA.
Magħhom hemm jikkompetu l-prinċep Ali bin al-Hussein, Tokyo Sexwale u Jerome Champagne.
L-elezzjoni se sseħħ fi Zurich, wara d-deċiżjoni ta’ Sepp Blatter li jirriżenja wara l-iskandlu marbut mat-Tazza tad-Dinja.
Sa ftit ilu, il-favorit li jieħu postu kien il-President tal-UEFA Michel Platini, li tkeċċa mill-futbol għal 8 snin.
Platini qed jappella d-deċiżjoni tal-Kumitat Etiku tal-FIFA u mistenni jmur anke f’Qorti ta’ Arbitrazzjoni jekk jitlef il-każ.