Ħamsa mejta waqt sparatura f’Texas

Read in English.

Tal-inqas ħames persuni nqatlu waqt li ħafna oħrajn sfaw feruti fit-tieni sparatura tal-massa fl-Istat Amerikan ta’ Texas f’inqas minn xahar.

L-ewwel vittma tal-aħħar inċident kien pulizija li waqqaf lit-terrorist fil-karrozza tiegħu bejn il-bliet ta’ Midland u Odessa.

Il-qattiel kompla għaddej jispara lil diversi sewwieqa. F’punt minhom hu abbanduna l-karozza tiegħu u seraq vann postali biex ikompli għaddej bl-attakki.

Eventwalment twaqqaf mill-pulizija meta nqatel f’kumpless taċ-ċinema. B’kollox weġġgħu 20 ruħ oħra, fosthom tliet pulizija f’dan l-aħħar attakk vjolenti li sar fl-Amerka.