Ħamsa l-Qorti wara ġlieda kbira f’Bormla

Ħamest irġiel, ta’ età bejn 17 u 44 sena, tressqu l-Qorti wara li lbieraħ kienu arrestati waqt ġlieda f’Bormla.
Il-ġlieda bdiet it-Tnejn meta żagħżugħ laqqat daqqa ġo ħalqu. Kompliet ilbieraħ meta għaxart irġiel membri tal-familja tiegħu marru Bormla biex ipattu għal dak li kien seħħ lejliet.
Fuq il-post kellhom jissejħu għadd ta’ uffiċjali tal-Pulizija, inkluż mir-Rapid Intervention Unit. Fil-ġlieda weġġgħu tlieta min-nies, wieħed minnhom bi ġrieħi gravi.