Ħamsa l-qorti fuq feriment gravi

Ħames ġuvintur tressqu quddiem il-Qorti ta’ Għawdex, akkużati li kkawżaw ġrieħi gravi fuq żagħżugħ barrani bejn il-15 u s-16 ta’Awwissu li għadda fir-Rabat.

Iż-żgħażagħ, tlieta minnhom minorenni, kienu akkużati wkoll li volontarjament għamlu ħsara lill-ħwejjeġ il-vittma, liema ħsara hi bejn €116 imma mhux aktar minn €1,164.

L-imputati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi kontrihom u ngħataw il-libertà proviżorja taħt garanzija personali ta’ €500.

Aktar tard, tressaq ukoll Farhan Ainab Mohamud, Somalu ta’ 34 sena li m’għandux indirizz fiss. Huwa kien akkużat li lbieraħ kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Imħallef David Scicluna f’Lulju tas-sena l-oħra u talli sar reċediv b’diversi sentenzi tal-qorti.