Ħamsa l-ħabs minħabba VAT

Fl-2015 intbagħtu ħames persuni l-ħabs wara li ma ħallsux multi jew penali dwar VAT.
Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Bonnici spjega li matul l-2015 kien hemm 104 persuna li kellhom multa jew penali konvertita f’sentenza ta’ priġunerija li minnhom ħames persuni effettivament marru l-ħabs.
In-numru ta’ sentenzi konvertiti matul is-sena li għaddiet kien l-inqas wieħed f’sitt snin, u jkompli fuq ix-xejra ta’ tnaqqis sena wara l-oħra rreġistrata mill-massimu ta’ 319 multa jew penali tal-VAT konvertita fi priġunerija fl-2012. Mill-2010 ' il quddiem, in-numru ta’ sentenzi tal-qrati f’dan is-sens kien ta’ 1,143 jew medja ta’ 190.5 sentenza fis-sena.