Ħamsa arrestati f’ċirku tad-droga

Arkivji (CMRU)

Read in English.

Il-Pulizija arrestat ħames persuni li kollha kellhom x’jsaqmu ma’ ċirku tad-droga lokali b’konnessjonijiet barra minn Malta.

Tliet irġiel u żewġ nisa kienu dawk arrestati u għandhom bejn it-22 u s-36 sena.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li wara jiem ta’ osservazzjoni, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga rnexxilha tkisser dan iċ-ċirku fejn sabet ukoll żewġ kilos kokaina.

Fejn seħħu l-arresti?

  • Fiż-Żurrieq – mara ta’ 30 sena residenti ż-Żurrieq,
  • F’Ħal Qormi – raġel ta’ 30 sena residenti ż-Żurrieq li ġie arrestat,
  • Fil-Mosta – tfajla Russa ta’ 22 sena residenti l-Mosta, raġel ta’ 36 sena residenti l-Mosta u raġel ta’ 29 sena residenti l-Imsida.

Minn tfittxija li saret f’residenza fil-Mosta ta’ wieħed mill-irġiel, instabu ammont ta’ flus kontanti u diversi pakketti b’sustanza kannella suspettata droga erojina li juru li ma kinux għall-użu personali tagħhom.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Joe Mifsud qed imexxi l-inkjesta. Il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.