Ħamrun Spartans isejjaħ għall-volontiera

Il-klabb tal-Ħamrun Spartans ħabbar li bħalissa il-klabb għaddej b’eżerċizzju biex isaħħaħ l-istrutturi ezistenti u joħloq strutturi ġodda. L-għan prinċipali ta’ dan l-eżerċizzju huwa li jerġgħu jpoġġu l-klabb fil-post li jixraqlu u mill-ġdid jesperjenzaw is-suċċessi u l-mumenti glorjużi li huma qalu li jixraq lill-poplu Ħamruniż.

Kull minn hu interessat li jgħin huwa mitlub li jibgħat email fuq Hamrunfc@mfa.com.mt