Ħamrun jirritornaw għar-rebħ f’ġimgħa qasira ta’ futsal

Hamrun Tre Angeli kisbu tliet punti importanti meta din il-ġimgħa ħarġu rebbieħa kontra Marsaskala bl-iskor ta’ 6-1. Il-gowls Ħamruniżi waslu minn awtogowl ta’ Robert Zammit u gowls ta’ Aleksander Tomin, Florin Anton, Clive Calleja, Manuel Jesus Cespedes Gallardo u Luke Stivala. Il-gowl ta’ konsolazzjoni għal Marsaskala ġie skurjat minn Reuben Degabriele.
Matul din il-ġimgħa wkoll, Mriehel ESS komplew bil-mixja pożittiva tagħhom. Bil-plejer u kowċ Eslam Khalifa, li kien awtur ta’ tripletta bħal Marwan Telisi, flimkien mad-doppjetta ta’ Marwan Telisi u l-gowl ta’ Ayoub Ahmed, għelbu lil Qormi bl-iskor ta’ 9-3. Il-gowls Qriema waslu mingħand Miguel Alcaraz, Bertram Azzopardi u Antoine Galea.
Tarxien JMI rritornaw għar-rebħ meta għelbu lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United bl-iskor ta’ 12-2. Min-naħa l-oħra t-tim tal-kbar ta’ Swieqi United rebaħ bl-iskor ta’ 12-1 fuq it-tim tal-Junior College.
Fil-klassifika tal-kampjonat, Valletta jibqgħu jaqdfu ‘l quddiem b’punti massimi b’24 punt, segwiti minn Swieqi United bi 21 punt u t-tim tal-Università b’19-il punt. Hamrun Tre Angeli għandhom 16-il punt u Mriehel ESS issa għandhom 15-il punt, daqs Luxol u Pietà Nordiska. Tarxien JMI għandhom disa’ punti, filwaqt li Qormi u Marsaskala baqgħu b’sitt punti. Fin-naħa t’isfel tal-klassifika nsibu lit-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United bi tliet punti u t-tim tal-Junior College mingħajr l-ebda punt.
Intant il-ġimgħa d-dieħla jkollna dawn il-logħbiet fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin:
It-Tnejn 27/11/17 fit-8.00pm Marsaskala vs Qormi
It-Tlieta 28/11/17 fit-8.00pm Pietà Nordiska vs Valletta
L-Erbgħa 29/11/17 fit-8.00pm Luxol vs L-Università ta’ Malta
Il-Ħamis 30/11/17 fit-8.00pm Mriehel ESS vs Tarxien JMI
Il-Ġimgħa 1/12/17 fit-8.00pm Swieqi United U21 vs Luxol u fid-9.15pm Valletta vs Junior College
Ritratt: Joe Borg