Hampers mis-Swieqi United Cricket Club lill-Puttinu Cares

Swieqi Cricket Cluib

Iż-żmien tal-Milied huwa opportunità mill-isbaħ biex wieħed jaqsam ma’ ħaddieħor. Is-sbuħija ta’ dan l-istaġun hija xi ħaġa li lkoll nistgħu naqsmuha flimkien. Dan intwera miċ-chairman tal-Club tal-Cricket tas-Swieqi United Khurram Khan u r-rappreżentant Anil Qadir, is-Segretarju Ġenerali Atta Rabi u Ahmad Hamza meta marru għand Puttinu biex jagħtu l-ħampers b’donazzjoni fl-okkażjoni tal-Milied. L-għan tagħhom kien li jaqsmu l-hena u l-ferħ tal-Milied mat-tfal li qed jiġġieldu kontra l-kanċer.

Kelliem għas-Swieqi United Cricket qal jalla l-maġija ħelwa kollha tal-Milied tferraħ qalb it-tfal u taqtgħalhom xewqihom. Kompla jgħid li huma grati u japprezzaw l-appoġġ, il-ħin u dak kollu li jagħmel l-istaff ta’ Puttinu Cares.

Swieqi Cricket Cluib