Hamilton jitkelllem dwar il-format tal-F1 u l-esperimenti għall-istaġun 2020

Lewis Hamilton qal li mhux qed jopponi l-idea tal-F1, li għandhom f’moħħhom ibiddlu l-format tat-tellieqa, iżda insista li t-tibdiliet għandhom isiru wara li l-affarijiet ikunu maħsuba sew.

F1 qed tikkonsidra tesperimenta b’uħud mit-tlielaq ta’ kwalifika ‘sprint’ li jsiru s-Sibtijiet. Dan qed isir bil-ħsieb biex sas-sena d-dieħla jidħlu fis-seħħ it-tibdiliet b’mod komplet.  

L-esperiment hu maħsub li se jdur fuq tellieqa reserve-championship sprint, fejn ir-riżultat jgħin biex jifforma l-grid tal-Grand Prix kull nhar ta’ Ħadd. Skont kif ġie rrapurtat minn Sky Sports, se jittieħed vot dwar dan il-ġimgħa d-dieħla. Li kieku din kellha ssir illum, George Russell ta’ Williams kien jibda fuq il-pole, bil-leader Hamilton ikun fuq wara nett.

Is-sewwieqa ewlenin ikkritikaw l-idea li r-reverse grid isir f’Singapore. Id-direttur maniġerjali tal-F1 Ross Brawn sussegwentement qal li l-pjanijiet għall-2020 se jkunu purament esperimentali u l-kampjun se jkun żgħir wisq biex wieħed jistabbilixxi fuqu  l-format għall-futur.