Hamilton jispjega kif mhux fost il-favoriti li jirbaħ

Il-leader tal-kampjonat, Lewis Hamilton qal li mhux fost il-favoriti li jirbaħ l-ebda tellieqa mis-sitta li fadal. Bħalissa s-sewwieq ta’ Mercedes qiegħed komdu bl-ammont ta’ punti li għandu fl-ewwel post.

Iżda Ferrari rebħu l-aħħar tliet tlielaq u Charles Leclerc ġab l-akbar ammont ta’ punti fl-aħħar ħames GPs. Hamilton qal li mhux xogħolu li jinkwieta iżda hu konxju mis-sitwazzjoni li t-tim qiegħed fiha. Spjega kif m’hemmx soluzzjoni ta’ malajr għal dan, imma hemm postijiet fejn bħala tim jistgħu imorru aħjar.

Il-prestazzjoni ta’ Ferrari ġewwa Singapore il-ġimgħa li għaddiet ħasdet lil Mercedes. Is-soltu Ferrari jbagħtu f’ċirkwit li jirrikjedi inqas veloċità mis-soltu. Iżda l-ġimgħa l-oħra Vettel ġie l-ewwel u Leclerc it-tieni.