Hamilton jirbaħ il-Grand Prix Messikan

Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tal-Messiku. Hu kellu tellieqa kkontrollata sew u mexa tattikalment biex ma ħalliex lil Ferrari jaqbżuh.

Hamilton hu fiċ-ċans li jirbaħ is-sitt kampjonat waqt il-Grand Prix Amerikana l-Ħadd li ġej sakemm ma jitlifx aktar minn 22 punt. Hu rebaħ f’tellieqa li kienet tinvolvi strateġija u tensjoni bejn l-erba’ sewwieqa ta’ Mercedes u Ferrari.

Sebastian Vettel ta’ Ferrari daħal fit-tieni post, quddiem Bottas u Charles Leclerc.