Hamilton jappella lill-ammiraturi żgħar tiegħu biex jemmnu fihom infushom

Bħala tifel, Lewis Hamilton dar l-Ingilterra ma’ missieru biex imur għat-tlielaq tal-karts. Kull tmiem il-ġimgħa kienet iddominata mit-tiġrijiet, bil-familja toħroġ il-flus biex tgħinu kemm tista’ jilħaq il-quċċata. Ċertament kull ċenteżmu li ħalsulu żgur li ssarraf sew.

B’seba’ rebħiet dan l-istaġun, l-2019 qed tissarraf fl-aħjar sena li qatt kellu s’issa. Waqt intervista li għamel ma’ Radio 1 Newsbeat hu qal li l-fatt li jemmen fih innifsu għen biex il-ħolm tiegħu sar realtà. Hamilton spjega kif wara ammont ta’ rebħ li kiseb, kien hemm ħafna partitarji żgħar li bdew isegwuh. Hu appella lil dawn l-ammiraturi tiegħu biex jemmnu fihom infushom aktar biex jagħmlu bħalu u jilħqu l-ħolm tagħhom.