Hamilton interessat jingħaqad ma’ Ferrari

Lewis Hamilton resaq qrib li jagħmel mossa li se tħalli lil dawk kollha delettanti tal-Formula 1 b’ħalqhom miftuħ. Skont rapporti tal-gazzetta The Sun, Hamilton jaf jiffirma ma’ Ferrari.

Hamilton rebaħ il-finali f’Abu Dhabi u ammetta li qed jiżen l-għażliet li għandu quddiemu. Hu qal li mhux se jirrifjuta l-opportunità li jiltaqa’ maċ-Chairman ta’ Ferrari John Elkann. Hu mifhum li Ferrari identifikaw lir-rebbieħ bħala l-persuna ideali biex imexxi lit-tim fis-sena 2021. Jekk jintlaħaq ftehim, se jkun qed jieħu post Sebastian Vettel.

Min-naħa l-oħra, l-kbir ta’ Mercedes Toto Wolff qal li jixtieq iżomm lil Hamilton li għandu 34 sena, iżda ammetta li hemm 25% ċans li se jkun qed jingħaqad mat-tim Taljan minflok.