Hamilton immotivat mill-abbużi razzisti biex jirbaħ fil-Messiku

Toto Wolff li jieħu ħsieb it-tim ta’ Mercedes qal li Lewi Hamilton baqa’ jġorr it-tifkiriet xejn sbieh ta’ meta kien abbużat razzjalment meta kien għadu tfal. Wolff qal li Hamilton li jista’ jagħti l-każ jirbaħ is-sitt titlu mondjali ġewwa l-Messiku, hu mmotivat minn dawn il-mumenti f’ħajtu.  

Wolff qal li meta Hamilton kien għadu żgħir, kien l-uniku tifel b’karnaġġjon skur qalb tfal b’karnaġġjon ċar u qal li hu żgur li kien jiġi abbużat fuq it-trakka għal din id-differenza.

Hu kompla jgħid u jispjega kif Hamilton iħares lejn din il-fażi minn perspettiva matura, iżda l-marka xorta tibqa’ hemm.