Ħamiema twaqqa’ lil De Paul waqt il-logħba mill-Copa America

L-istilla Arġentinjan Rodrigo De Paul twaqqa’ minn ħamiema. Il-plejer ta’ 25 sena kien qed jipprova jtella’ attakk minn mal-linja waqt il-logħba mill-kampjonat tal-Copa America kontra l-Venezuela. De Paul spiċċa biex twaqqa’ f’nofs l-azzjoni, iżda ma kinux il-plejers avversajri li waqfuh.

Kinet biss ħamima li inzertat niżlet fil-grawnd u li l-ballun waqaf magħha fil-mument meta l-plejer ta’ Udinese kien qed jattakka. Il-plejer ta’ Venezuela li kienu madwaru ħarsu kollha b’xokk fuq wiċċhom hekk kif raw lill-Arġentin nieżel mal-art.

Il-ballun baqa’ sejjer barra, iżda ħadd ma jaf kif spiċċat il-ħamiema.